minn Stewart Said
NAXXAR L..…..………1
SLIEMA W…………….0
Naxxar> J. Azzopardi, A. Scicluna, I. Edet, V. Bellia, P. Gueye, D. Falzon, G. Da Silva Ribeiro, R. Cassar, A. Buhagiar, D. Reano, U. Eminike
Sost- T. Vella flok T. Vella 83’
Sliema: G. Zammit, L.Martinelli, A. Scozzese, K.Gnabouyou, J. Mintoff, M. Scerri, M. Mifsud, F. Talato, C. Gatt Baldacchino, F. Mangiacasale, P. Barbetti
Sost– T. Cilia flok M. Scerri 36’, M. Potezica flok K. Gnabouyou 46’, B. Muscat flok P. Barbetti 71’
Skorjaw: Auto-Goal J. Mintoff 34’ (N)
Imwissija: T. Cilia 39’, F. Mangiacasale 56’, F. Scozzese 60’, P. Barbetti 65’ (S), A. Buhagiar 68’, V. Bellia 89’ (N)
Tkeċċa: F. Scozzese 83’ (S)
Referee: Marco Borg
Il-mument Plejer tal-Logħba> Gilmar da Silva Ribeiro (Naxxar)
Naxxar kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta f’konfront kwiet għelbu lil Sliema Wanderers 1-0 b’awto-gowl sfortunat. Naxxar ma serqu xejn mill-partita għaliex għarfu jagħlqu l-ispazji tajjeb b’Sliema jkunu foqra biex jagħmlu reazzjoni.
Għas-Slimiżi din kienet it-tieni telfa konsekuttiva u jidher li l-inklużjoni ta’ Stephen Azzopardi bħala kowċ sa issa mhux tħalli l-effett mixtieq.
Il-kowċ Slimiż għamel żewġ bidliet mit-telfa kontra Birkirkara meta Filippo Talato irritorna minn sospensjoni u ħa post is-sospiż Andrea Pisanu filwaqt li Barbetti ġie preferut minn Marko Potezica.
Il-kowċ ta’ Naxxar Jesmond Zerafa għamel ukoll żewġ bidliet mir-rebħa kontra Pieta Hotspurs b’David Reano u Victor Bellia jieħdu post Sidney da Silva u Mattia del Negro.
Sliema ħarġu fuq l-offensiva minn kmieni u wara biss żewġ minuti marru viċin meta xutt ta’ Mark Scerri ġie klirjat fuq il-linja filwaqt li x-xutt ta’ Fabio Mangiacasale ġie mblukkat għal korner b’mod providenzjali. Is-Slimiżi kom fis-7 minuta meta Gnabouyou qassam lejn Mangiacasale li iżda kellu x-xutt blokkat minn Azzopardi.
Naxxar wieġbu fit-8 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ Gilmar da Silva Ribeiro li Glenn Zammit tar minn tulu biex salva tajjeb. Tliet minuti wara Eminike prova b’xutt djagonali li għadda barra. Fil-15-il minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Barbetti għadda ftit għoli.
Sliema laqtu l-lasta fit-33 minuta meta xutt-kross ta’ Barbetti niżel fuq il-mimduda. Iżda kienu Naxxar li marru fil-vantaġġ fl-34 minuta meta Gilmar qabad ballun minn nofs il-grawnd avvanza u qassam lejn Eminike iżda daħal John Mintoff u fit-tentattiv li jeħles il-periklu qarraq bil-gowlkiper Zammit u tefa’ fix-xibka tiegħu stess.
Sliema marru viċin id-dro fit-48 minuta meta Mangiacasale qassam lejn Michael Mifsud li prova b’xutt fil-baxx iżda għadda ftit barra. Tliet minuti wara minn kross ta’ Gatt Baldacchino, d-daqqa ta’ ras ta’ Talato għaddiet barra.
Naxxar marru viċin li jirduppjaw fil-61 minuta meta free-kick ta’ Gilmar ta l-illużjoni tal-gowl iżda x-xutt għadda ċentimetri barra. Sliema kellhom jispiċċaw il-partita b’għaxar plejers meta Filippo Scozzese ntwera t-tieni karta safra.
Minkejja li kienu b’raġel anqas, Sliema pruvaw l-aħħar tentattivi iżda għajr free-kick għoli ta’ Trevor Cilia ma kinux perikolużi tant li Naxxar kellhom ċans għat-tieni gowl iżda minn quddiem il-lasta s-sostitut Terence Vella spara għoli.
//= $special ?>

