Manchester United telgħu s-sitta fil-Premiership b’rebħa 1-0 fuq Crystal Palace f’Old Trafford. Din kienet l-ewwel rebħa għar-Red Devils f’erba’ logħbiet waqt li Palace ilhom mingħajr rebħa fil-league minn Settembru.
Madankollu, United mill-ġdid naqsu milli jimpressjonaw u fl-ewwel taqsima Palace tilfu ċans kbir li jiksbu l-vantaġġ meta Fraizer Campbell falla banalmant wara li spiċċa waħdu quddiem David de Gea.
Fit-tieni taqsima United ħarġu jfittxu l-gowl li wasal meta s-sostitut, Juan Mata, għeleb lil Julian Speroni fis-67 minuta; bl-istess plejer anki jolqot sieq il-lasta, minuti wara.
//= $special ?>

