Sa fl-aħħar waslet ukoll l-ewwel rebħa għal Burnley li għelbu lil Hull City 1-0, bil-gowl importanti jasal minn Ashley Barnes fil-50 minuta. Madankollu l-Clarets xorta għadhom fl-aħħar post tal-Premiership b’seba’ punti minn 11 il-konfront.
Hull naqsu milli jsibu x-xibka għat-tielet logħba konsekuttiva u spiċċaw l-aħħar 20 minuta tal-logħba b’għaxar plejers meta Curtis Davies sofra injury u kellu joħroġ, wara li t-Tigers kienu diġa effettwaw it-tielet sostituzzjoni tagħhom.
Aston Villa kisbu l-ewwel punt fil-league mit-13 ta’ Settembru wara li żammew lil West Ham United fi draw, 0-0, f’Upton Park.
Qabel din il-logħba, l-Villains kienu sofrew sitt telfiet wara xulxin u jistgħu jħossuhom ixxurtjati li ħarġu b’dan il-punt, wara li Andy Carroll — li daħal tard bħala sostitut għall-ewwel dehra tiegħu f’dan l-istaġun — impenja serjament lil Brad Guzan. Il-gowlkiper ta’ Villa, intant, iddistingwa ruħu b’saves stupendi fuq iż-żewġ daqqiet ta’ ras tal-attakkant li dehru destinati għal ġewwa.
//= $special ?>
