Chelsea qed igawdu erba’ punti vantaġġ fuq Southampton li żammew it-tieni post wara li kisbu punti massimi mill-konfront ma’ Leicester City f’St Mary’s Stadium
L-eroj f’din ir-rebħa, 2-0, kien Shane Long (eks-Hull City) li skorja doppjetta għall-ewwel gowls tiegħu fil-league għas-Saints li waslu bejn il-75 u t-80 minuta. B’dan ir-riżultat, Southampton, issa, ilhom erba’ logħbiet ma jsofru gowl waqt li Leicester komplew jiddiżappuntaw, meta ilhom mingħajr rebħa għal dawn l-aħħar sitt logħbiet.
//= $special ?>
