Internazzjonali

Sigurta’ akbar madwar il-Familja Rjali

Il-Pulizija Ingliża żiedet is-sigurta’ madwar il-Familja Rrjali u politiċi ewlenin wara li kien hemm indikazzjoni li r-Reġina kienet se tkun fil-mira ta’ attakk b’sikkina.

Dan kellu jseħħ il-Ħadd waqt it-tifkiriet f’Londra għas-suldati li mietu fil-gwerrer. Jidher li b’rabta ma’ dawn is-suspetti fi tmiem il-ġimgħa kienu arrestati erba’ żgħażagħ f’Londra.