Lokali

Tlift in-number plate kawża tal-maltemp?

Il-Maltemp tal-Ġimgħa wassal għal ħafna ħsarat, iżda wassal ukoll biex ħafna nies tilfu n-number plate tal-karozza tagħhom.

Għal dan il-għan il-paġna ta’ Facebook, ‘Maltese Roads Traffic Updates’ ippublikat ritratt b’diversi number plates li nstabu fit-toroq Maltin bit-tama li s-sidien tal-karozzi li tilfu in-number plate jagħmlu kuntatt magħhom jew mal-Pulizija.

Din kienet waħda biss mill-ħafna inizjattivi li Maltese Roads Traffic Updates ħadet biex iżżomm il-pubbliku kontinwament aġġornat dwar il-Maltemp, kif ukoll dwar it-traffiku fil-gżejjer Maltin.