Lokali

Aġġornata bir-ritratti : 23 karozza vandalizzati f’Pembroke

23 karozza li kienu pparkjati fi Triq il-Mediterran f’Pembroke matul il-lejl li għadda ġew vandalizzati minn persuna jew persuni mhux magħrufa.

Maltarightnow.com jinsab infurmat li f’nofs ta’ lejl peruna jew persuni għaddew mit-triq imsemmija u vvandalizzaw il-karozzi li kienu pparkjati. Il-vandaliżmu sar billi tkissru l-mirja tal-karozzi.

Uħud mill-karozzi saħansitra tteħdulhom il-wires tal-mirja elettroniċi.