Lokali

5 persuni arrestati fuq sejba ta’ iktar minn 8 kilo ta’ Kannabis

Ħames persuni, erba’ minnhom barranin, ilbieraħ kienu arrestati mill-Pulizija wara sejba ta’ iktar minn 8 kilo tal-ħaxixa Kannabis.

Dan wara ġimgħat sħaħ ta’ investigazzjoni mit-Taqsima ta’ Kontra d-Droga, fil-Korp tal-Pulizija, li wasslu biex id-droga nstabet moħbija f’vann u f’garaxx apposta.

B’kollox, il-Pulizija arrestat ħames 3 irġiel u 2 nisa, fosthom raġel ta’ 32 sena mis-Slovenja u li kien qed jgħix f’Tas-Sliema, raġel ta’ 18-il sena minn Ħaż-Żabbar, kif ukoll żewġ Taljani minn Katanja u mara ta’ 56 sena mis-Slovenja, liema barranin kienu qed jgħixu ż-Żurrieq.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, Consuelo Scerri Herrera, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Il-persuni arrestati bħalissa qed jinżammu għal iktar investigazzjonijiet.