Lokali

Ajruplan jibdel ir-rotta kawża ta’ ‘laser’ li kien ġej minn Ħ’Attard

Ajruplan li kien qed itir fl-ispazju tal-ajru Malti kien sfurzat jibdel id-direzzjoni wara li persuna jew persuni mhux magħrufa ppuntaw laser lejn l-ajruplan. Dan wassal biex il-pilota tilef ir-rotta u kellu saħansitra jbiddel id-direzzjoni tat-titjira li kienet għaddejja minn fuq pajjiżna.

Jirriżulta li l-laser kien ġej mill-inhawi ta’ Ħ’Attard, hekk kif dan mhux l-ewwel każ ta’ din ix-xorta. Fl-aħħar xhur, MaltaRightNow.com kien irrapporta żewġ każi simili ta’ ajruplani li kienu affetwati minn lasers ippuntati minn Għawdex.

Għadu mhux magħruf jekk hux qed isiru aktar investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija dwar dan il-każ.