L-attriċi, Angelina Jolie, dan is-sajf, ħallset $11,000 f’depożitu fuq wieħed mit-typewriters tal-mibki awtur, Ernest Hemingway — iżda ħasbitha mod ieħor ftit wara li kienet bagħtet iċ-ċekk u bid-depożitu tagħha jitħallas lura.
It-typewriter kellu jservi bħala rigal tat-tieġ innovattiv għall-attur Brad Pitt, ir-raġel ta’ Jolie, li jagħlaq 51 sena x-xahar id-dieħel.
Intant — u minkejja li baqa’ mingħajr typewriter — Pitt xorta deher li għoġbu r-rigal li eventwalment tagħtu martu fil-jum tat-tieġ (it-23 ta’ Awwissu) li seħħ f’Chateau Miraval, fi Franza, li hi l-proprjeta tal-koppja.
L-istampa ta’ Hollywood laqqmet din il-koppja ‘Brangelina’, bl-aħħar rapporti jgħidu li — qabel it-tieġ — l-aġent ta’ Jolie kien ipprova jixtri t-typewriter li kien juża l-awtur u kittieb tad-drammi, Tennessee Williams.
Meta l-kollezzjonista li għandu dan it-typewriter irrifjuta, Angelina Jolie iddeċidiet — u sakemm reġa’ bdielha — biex tħallas $250,000 għat-typewriter tat-tip Underwood (prodott fl-1926) li uża Hemingway biex jikteb in-novella For Whom the Bell Tolls.
Hemingway, li kkommetta suwiċidju fl-1961, rebaħ il-Premju Pulitzer fit-Taqsima Kitba Fittizja u l-Premju Nobel għal-Letteratura waqt karriera brillanti li għadha sservi bħala punt ta’ referenza għall-awturi moderni.
//= $special ?>