Lokali

Ewropa ta’ paċi, demokrazija u liberta’

Fl-okkażjoni tal-25 sena mil-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin, il-Partit Nazzjonalista sellem lil dawk kollha li ħadmu biex l-Ewropa tingħaqad f’kontinent wieħed demokratiku u tispiċċa darba għal dejjem il-firda bejn il-Lvant u l-Punent, b’mod speċjali r-rwol li kellu l-Papa Ġwanni Pawlu II. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-kelliema tal-PN Marthese Portelli u Carm Mifsud Bonnici.

Il-PN qal li l-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin fetħet orizzonti ġodda għall-Ewropa, u bdiet il-proċess li permezz tiegħu, l-Unjoni Ewropea fetħet il-bibien tagħha għal bosta pajjiżi membri ġodda, fosthom Malta.

L-istqarrija tgħid li grazzi għal dawk li ħadmu u anke tilfu ħajjithom biex waslu għall-waqa’ tal-ħajt ta’ Berlin, l-Ewropej illum igawdu l-paċi, id-demokrazija, il-libertà, u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.