Maltarightnow.com kiseb filmati ġodda tas-serqa li saret minn ħanut fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta. F’dawn il-filmati, li ttieħdu minn ġewwa, il-ħallelin jidhru jtwettqu s-serqa fi ftit sekondi.
Fil-filmat, żewġ persuni jidhru b’vann abjad quddiem il-ħanut, f’ħin minnhom wieħed mill-ħallelin ħareġ mill-vann tnalja kbira u qasam il-katnazz tal-bieb, flimkien ma’ persuna ohra daħal fil-ħanut u ftit sekondi wara ħarġu bil-kaxxa tas-sigaretti u għabbewa fuq il-vann u telqu mill-post.
Minn tagħrif li għandna, il-vann deher ipparkjat quddiem il-ħanut f’23:50 u jidher jitlaq fit-02:50, iżda wara ftit minuti, fit-03:04, il-vann jerġa’ jiġi u f’dan il-mument titwettaq is-serqa, li damet biss 150 sekonda.
Sid il-ħanut, Jesmond Cauchi, l-għada filgħodu mar jiftaħ il-ħanut u sab il-bieb miftuħ, is-sid mill-ewwel għamel rapport lill-Pulizija, iżda s’issa ma’ rriżulta xejn.
Intant, wara li kien pubblikat l-ewwel artiklu dwar din is-serqa, il-vann involut fis-serqa li nsteraq mill-Mosta nstab mill-Pulizija.
Filmat li ġie ppubblikat aktar kmieni:
[youtube width=”700px” height=”600px”]eOK0N6K0kPo[/youtube] //= $special ?>


