BALZAN …………………… 0
HIBERNIANS ………….… 3
Balzan – S. Sultana, E. Serano Valero, S. Bezzina, F. Odebe, E. Bilbao Zarate, L. Sciberras, S. Arab, C. Brincat, O. Guerrero, L. Micallef, G. Piccioni
Sost – M. Borg flok F. Odebe fis-66 min; R. Darmanin flok O. Guerrero fit-72 min; G. Micallef flok L. Sciberras fit-78 min
Hibernians – H. Bonello, R. Soares, R. Gomes, M. Dias, A. Cohen, B. Kristensen, C. Failla, A. Agius, E. Dos Santos, J. Pereira Da Silva, J. Bezzina.
Sost – J. Mbong flok M. Dias fis-66 min; J. Lima flok A. Cohen fit-72 min; J. Degabriele flok E. Dos Santos fis-76 min
Referee – Clayton Pisani
Skorjaw – R. Soares fil-25 min, fit-32 min, B. Kristensen fil-50 min,
Imwissija – S. Arab, L. Sciberras, S. Bezzina, C. Brincat, E. Bilboa Zarate (Balzan), A. Agius, B. Kristensen (Hibernians)
Imkeċċi – C. Brincat fis-57 min
MaltaRightNow.com Plejer tal-Logħba – Clayton Failla (Hibs)
Hibernians kisbu l-għaxar rebħa minn 11-il logħba u temmew l-ewwel rawnd ixxamplati fil-quċċata tal-klassifika. Għal Hibernians wirja oħra mill-aqwa u Balzan qatt ma daħlu fil-logħba bil-Pawlisti jiddominaw mill-bidu sat-tmiem.
Hibs għamlu dan kollu bl-inqas sforz possibli. Forsi l-uniku difett li kellhom kien li minkejja l-ħafna azzjonijiet tajbin skorjaw it-tliet gowls tagħhom minn azzjonijiet ta’ freekicks u Rodolfo Soares kif ukoll Bjorn Kristensen skorjaw l-ewwel gowls tagħhom f’dan l-istaġun.
Hibs ikkonfermaw li huma l-aħjar f’dan l-istaġun u kien biss kontra l-ġirien Tarxien li fallew l-punti fl-ewwel rawnd u issa jħarsu għall-isfidi tat-tieni rawnd bil-konvinzjoni li huma l-aħjar fil-Premier.
L-ewwel azzjoni waslet wara ħames minuti fejn Periera żmarka lil Edison Dos Santos li minn qagħda angolata xeħet barra. Hibs komplew jiddettaw u fis-17-il minuta Edison Dos Santos kellu first timer imur barra wara azzjoni ta’ korner.
Il-gowlkiper ta’ Balzan Sultana salva xi krossis perikolużi, bl-ewwel risposta ta’ Balzan tkun permezz ta’ Guerrero li kkonkluda barra wara azzjoni personali. Fil-25 minuta Hibernians ħasdu l-frott tal-pressjoni tagħhom meta minn freekick ta’ Cohen, SOARES għola fuq kulħadd u bir-ras għeleb lil Sultana.
Seba’ minuti wara irduppjaw. Azzjoni oħra ta’ freekick din id-darba ta’ Failla u bir-ras Pereira kompla lejn SOARES li mill-viċin xeħet ġewwa.
Ir-ritmu tal-logħba naqas ferm bit-tim ta’ Nisevic juża’ l-logħba bħala sessjoni ta’ taħriġ. Balzan resqu qrib b’xutt bid-dawra ta’ Guerrero, li kien l-uniku wieħed li pprova jagħmel xi ħaġa fl-attakk.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Hibernians resqu ferm viċin it-tielet gowl l-ewwel meta Periera Da Silva falla banalment wara azzjoni tajba ta’ Dias u fl-aħħar xutt tat-taqsima Clayton Failla kien ferm sfortunat meta laqat sieq il-lasta.
Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Hibernians skorjaw it-tielet gowl minn azzjoni oħra ta’ freekick mogħti mis-solitu Failla u din id-darba kien KRISTENSEN li bir-ras antiċipa l-ħarġa ta’ Sultana. Fis-57 minuta daqqa ta’ ħarta oħra għal Balzan meta Clive Brincat intwera t-tieni karta safra. Żewġ minuti wara azzjoni brillanti ta’ Hibs fejn Kristensen qassam lejn Failla li b’first timer sabiħ xeħet ftit barra.
L-azzjonijiet ta’ Hibernians komplew fejn Edison Dos Santos ipprova jniżżel ismu mal-iskorers iżda x-xutt tiegħu għadda jħakkek ma’ sieq il-lasta, l-istess kif għadda xutt bid-dawra ta’ Periera għaxar minuti mit-tmiem.


