Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum it-Tnejn, 10 ta’ Novembru.

IN-NAZZJON b’rapport dwar id-dejn kbir li qed jakkumula fl-MCAST, u li daqt ilaħħaq żewġ miljuni. Minħabba dan id-dejn, qas hemm flus biex jinxtraw kompjuters. L-għalliema mhedda biex ma jitkellmux mal-MUT dwar dan kollu.

L-ORIZZONT b’ritratt ta’ meterjorita li nstabet fil-Qrendi fl-aħħar jiem.

THE TIMES OF MALTA tirrapporta kif il-Gvern qed jinsisti li r-referendum kontra l-kaċċa “huwa wieħed legali”.

THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata b’rapport dwar sit fuq l-internet li joffri aċċess faċli għal armi u munizzjon li jistgħu jinxtraw anke minn Maltin, u jinġiebu f’pajjiżna.