Edukazzjoni Lokali

In-Nazzjon jiżvela: L-iżbilanċ tal-MCAST qed iqarreb iż-€2 miljun

Is-sitwazzjoni finanzjarja fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) qed issir waħda dejjem anqas sabiħa, hekk kif l-iżbilanċ finanzjarju tal-Kulleġġ issa hu stmat li jqarreb iż-€2 miljun.

Fil-ħarġa tal-lum, il-ġurnal In-Nazzjon qed jirrapporta li dan id-defiċit qed jaffetwa wkoll l-andament tal-ħidma tal-għalliema u anke lill-istudenti. Każ ċar hu dak li qed jiġri fl-ICT, fejn l-għalliema għadhom sal-lum jistaqsu meta ġejjin il-kompjuters il-ġodda.

Agħar minhekk, l-għalliema qed jiġu mhedda biex iżommu ħalqhom magħluq dwar dak li qed jiġri fl-MCAST u anke biex ma jirrikorrux għand l-MUT.

Aktar dettalji fil-ħarġa tal-lum tal-ġurnal In-Nazzjon.