Qed jiċċirkolaw rapporti li Abu Bakr al-Baghdadi, il-Kap brutali tal-grupp Stat Iżlamiku (ISIS), spiċċa ‘midrub kritikament’ wara li qawwiet tal-ajru Amerikani laqtu l-belt ta’ Al-Qaim, fil-Punent tal-Iraq.
Sorsi qrib it-tribujiet fl-inħawi qalu dan lill-Istazzjon tal-Aħbarijiet, Al Arabiya, bl-Uffiċjali militari tal-Istati Uniti jikkonfermaw li l-attakki mill-ajru inkwistjoni, li seħħew nhar il-Ġimgħa, ikkonċentraw b’mod partikolari fuq il-kapijiet tal-ISIS qrib il-belt ta’ Mosul.
L-istqarrija tal-Amerikani naqset milli tikkonferma jekk al-Baghdadi inqatilx fl-attakki. Iżda l-Istati Uniti enfasizzat li l-attakki mill-ajru taw dimostrazzjoni ‘ta’ kemm in-network terroristiku tal-ISIS qed ikun suġġetti għal pressjoni’.
L-Amerikani sostew ukoll li l-militanti tal-ISIS li okkupaw l-artijiet fis-Sirja u l-Iraq qed isibu l-manuvri u l-komunikazzjonijiet dejjem aktar diffiċli, fost rapporti li nqatlu ‘l-għexieren tan-nies tal-ISIS’ waqt l-attakki mill-ajru fuq l-inħawi ta’ Al-Qaim.
//= $special ?>

