Ingħalaq il-terminal taż-żejt ta’ Hariga wara rewwixta mill-għassiesa fl-impjant responsabbli għal 120,000 barmil żejt kuljum.
Dawk li ħadu l-kontroll tat-terminal ta’ Hariga kienu parti minn taqsima tal-forza tas-sigurtà tal-Istat Libjan bażat f’Tobruk. Dawn issa issa bdew strajk u ħadu l-kontroll tal-post peress li mhux qed jitħallsu.
Sorsi fil-Libja qalu li kien qed isir sforz biex titranġa s-sitwazzjoni u tkompli normalment il-ħidma f’Hariga.
Dawn il-problemi f’Hariga mistennija jkompli jnaqqsu l-produzzjoni taż-żejt Libjan għal madwar 500,000 barmil żejt kull jum. Dan meta l-produzzjoni normali taż-żejt fil-Libja kienet ta’ madwar 1.5 miljun barmil żejt kull jum.
Dan ukoll seħħ hekk kif ingħalaq l-impjant taż-żejt ta’ El Sharara minħabba attakki li saru kontrih. Minn dan l-impjant kienu jiġu ppumpjati 200,000 barmil żejt kull jum.
Inkwiet fit-terminal Libjan taż-żejt ta’ Hariga


