Il-grupp PETA li jiddefendi d-drittijiet tal-annimali kkundanna bla riservi l-programm ‘Eaten Alive’ ta’ Discovery Channel li qed jippromwovi xena fejn raġel jittiekel ħaj minn serp enormi tal-ispeċi anaconda.
Kelliema għal PETA isostnu li dan qed isir biss għall-pubbliċita ‘u bħala ħaġa li se titturmenta lis-serp.’
It-trailers tal-programm li se jixxandar fuq il-cable network fis-7 ta’ Diċembru juru lil Paul Rosolie, awtur u produttur tal-films dwar in-natura, qed jilbes kostum ‘snake-proof’ li suppost jipproteġih waqt l-esperjenza. Dan waqt li hu qed jiftaħar li ‘se jkun l-ewwel bniedem li jispiċċa kkonsmat ħaj minn anaconda’.
Iżda l-grupp PETA jinsisti li s-serp se jinħaqar jekk kollox jimxi skont il-pjan u l-kelliema jridu li l-programm jirtira dan il-proġett — ‘irrispettivament jekk hux parti minn ċajta jew le’.
//= $special ?>