Internazzjonali Kummerċ

L-Amazon tħejji għall-aktar jum imħabbat tas-sena

Amazon UK, il-ħanut kbir fuq l-internet, qed iħejji għall-aktar ġimgħa mħabbta tas-sena, ix-xahar id-dieħel,  hekk kif ix-xerrejja ta’ qabel il-Milied mistennija  jidħlu f’dan il-ħanut virtwali sabiex jixtru l-oġġetti tagħhom.

Bir-ritorn ta’ Cyber Monday, l-Amazon qed ibassar li l-aktar jum imħabbat għall-bejgħ se jkun nhar it-Tnejn 1 ta’ Diċembru.

Il-Black Friday Deals Week tal-Amazon se tibda nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Novembru u dakinhar se jkunu ppreżentati aktar minn 3,000 oġġett u skont.

Sabiex ilaħħaq mad-domanda tal-klijenti f’dan il-Milied, l-Amazon se jdaħħal aktar minn 13,000 persuna mir-Renju Unit biex jaqdu l-eluf ta’ klijenti minn madwar id-dinja, fosthom Malta.