Filwaqt li l-PM Joseph Muscat jinjora għal kollox is-sitwazzjoni tal-fjuwils, li fiha il-Maltin qed iħallsu l-iktar prezzijiet għoljin għall-petrol u d-diesel fl-Ewropa, dan is-sit jista’ jaghmel paragun iehor li jixħet dawl fuq il-piż sproporzjonat li qed iħallsu l-Maltin għall-fjuwil.
Statistika tal-UE turi li l-prezz tal-fjuwil f’Malta huwa ta’ 71ċ kull litru (taxxa mhux inkluża). It-tieni l-aktar pajjiż b’fjuwil għoli huwa d-Danimarka, fejn il-prezz tal-fjuwil (mhux intaxxat) huwa ta’ kważi 8% anqas tal-prezz tal-fjuwil f’Malta.
Iżda d-differenza tidher iktar meta wieħed iqabbel id-dħul medju tal-Maltin mad-dħul medju tad-Daniżi. Fil-fatt, il-paga medja f’Malta hi ta’ €1,092 fix-xahar filwaqt li fid-Danimarka, fejn il-fjuwil hu irħas minn Malta, il-paga medja hi ta’ €3,113-il ewro – kwazi tliet darbiet iktar.
F’Mejju, il-prezz tal-petrol kien ġie stabbilit għall-prezz ta’ €1.44 sal-aħħar tas-sena. Id-diesel kien stabbilit għall-prezz ta’ €1.36 u dan il-prezzijiet se jibqgħu fis-seħħ sal-aħħar tas-sena, bil-Prim Ministru iħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Kastilja fejn kien ħabbar roħs ta’ żewġ ċenteżmi fil-prezz tal-fjuwil.
Issa li l-prezz kien stabbilit sal-aħħar tas-sena, il-Maltin ma jistgħux igawdu mit-tnaqqis fil-prezz internazzjonali taż-żejt u se jibqgħu ihallsu l-għola prezzijiet tal-fjuwil fl-Ewropa.
//= $special ?>