Internazzjonali Kurżitajiet

Raġel ordnat iqaxxar xagħru għal sitt xhur

Raġel li qata’ daqs 12-il pulzier minn xagħar l-eks tfajla tiegħu ġie ordnat biex iqaxxar xagħru għal sitt xhur bħala kastig taħt il-liġi – ‘għajn m’għajn u sinna b’sinna’.

Melvin D. Hunt ta’ 61 sena, qabel ma dak li ġie ordnat mill-imħallef biex juża xafra sabiex iqaxxar xagħru sal-ġilda mill-1 ta’ Diċembru.

L-avukat tiegħu, Billy Shields, qal li qatt ma ħaseb li kien hemm xi ħaġa terribbli fl-għoti tal-kastig. “Hemm ħafna rġiel li joħorġu barra bil-qargħa…u dan kien parti mill-ftehim li l-klijent tiegħi se jkollu joqgħod għalih,”sostna Shields.

Hunt hu eks koordinatur tal-edukazzjoni fiżika fl-iskola privata f’Chesterfield County. Hu wieġeb li kien ħati tal-attakk li seħħ fit-12 ta’ Settembru fuq l-eks tfajla tiegħu li isimha ma xxandarx.

Il-mara ftiehmet li tiltaqa’ ma’ Hunt fl-Elizabeth Davis Middle School fejn hi taħdem bħala għalliema tal-edukazzjoni fiżika. Hunt talabha biex tgħannqu, u hekk kif kien qed iżommha ħareġ imqas u qatagħlha t-toppu. Malli rat xagħarha fl-art indunat x’kien għamlilha.

Ħafna minn sħabha qatgħu xagħarhom b’solidarjeta’ magħha.

Hunt irriżenja mix-xogħol f’Riverside School u ġie sforzat jattendi sessjonijiet dwar kif għandu jikkontrolla r-rabja tiegħu.

Madankollu l-vittma baqgħet f’kuntatt ma’ Hunt li jgħid li għadu jħobbha. Iżda hu spiċċa mċaħħad milli jattendi d-Davis Elementary School.