Tfajla Lhudija ta’ 26 sena nqatlet b’daqqiet ta’ sikkina fix-Xatt tal-Punent, sigħat wara li attakk ieħor b’sikkina darab suldat f’Tel Aviv.
Dan il-każ seħħ qrib ir-residenza tal-Lhud Alon Shvut. Ir-raġel armat inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar minn gwardja tas-sigurta’.
Raġel Palestinjan minn Nablus fix-Xatt tal-Punent ġie arrestat b’rabta mal-attakk f’Tel Aviv.
Dawn l-attakki ġraw fi żmien ta’ tensjoni li qed tikber bejn l-Iżrael u l-Palestinjani.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, diversi Għarab-Iżraeljani tefgħu l-ġebel fid-direzzjoni tal-pulizija fi bliet Għarab fl-Iżrael. Dan wara li puliżija spara u qatel żagħżugħ Palestinjan, li ġera biex jattakkah b’sikkina.
Il-Prim Ministru Benjamin Netanyahu wiegħed li jikkontrolla l-vjolenza mill-aktar fis.
//= $special ?>