Sewwieqa li jitfgħu l-iskart mill-vetturi tagħhom jistgħu jittellgħu l-qorti fir-Renju Unit bħala parti minn deċiżjoni biex ir-rimi bl-addoċċ ikun “inaċċettabbli soċjalment bħas-sewqan wara l-konsum tax-xorb”.
Ministri tal-gvern qed isusu fuq dawk is-sewwieqa li jitfgħu l-iskart mill-karozzi tagħhom u dan biex titnaqqas l-ispiża ta’ miljuni ta’ liri sterlini mill-ġbir tal-iskart mit-toroq.
Il-gvern Ingliż irid jagħmilha aktar faċli għall-kunsilli biex jimponu ċitazzjonijiet fuq dawk il-persuni li jħammġu t-toroq.
Uffiċjali tal-infurzar ‘il barra minn Londra qed jitħallew biss jagħtu ċitazzjonijiet lis-sewwieqa jekk jippruvaw eżattament min tefa’ l-iskart minn vettura.
//= $special ?>