Internazzjonali

Attenti għall-kapsuli kuluriti ta’ deterġent!

Ġenituri ta’ tfal żgħar fir-Renju Unit qed ikunu avżati dwar il-perikli fl-użu ta’ kapsuli kuluriti ta’ deterġent. Dan wara li r-riċerka wriet mijiet ta’ avvelenamenti kull sena.

Il-pakketti mimlija kimiki konċentrati saru popolari ħafna mindu daħlu fis-suq aktar minn għaxar snin ilu. Dan għax huma faċli biex jintużaw u jagħmlu inqas ħmieġ mit-trab tal-ħasil.
Iżda l-esperti qalu li t-tfal iż-żgħar qed ikunu esposti għall-periklu wara li qed ifixklu l-kapsuli mal-ħelu, mal-ġugarelli u mal-meraq tal-frott.

Għaldaqstant sar appell fir-Renju Unit lill-ġenituri biex jerġgħu jużaw mill-ġdid it-trab tal-ħasil.
Studju fl-Istati Uniti sab li f’kull siegħa, tifel jew tifla taħt is-sitt snin jittieħed/tittieħed fl-Emerġenza wara l-konsum ta’ sustanzi perikolużi jew ħruq fl-għajnejn.

Madwar ir-Renju Unit tfal ta’ dik l-eta’ iddaħħlu l-isptar fl-2012 u fl-2013 b’riżultat ta’ avvelenamenti u tifel saħansitra miet.