L-Arti hija xi ħaġa interattiva. Loggia Live taħt il-loġoġ tat-Teatru Rjal hi ċelebrazzjoni ta’ l-espressjoni ta’ dak il-mument.
Persuni għaddejjin minn maġenb it-Teatru Rjal, f’South Street, jistgħu jużaw din l-istruttura u joħolqu d-disinji li jixtiequ.
L-istrutturi hi xogħol il-kumpanija ta’ periti Archi+ ikkummissjonat minn Pjazza Teatru Rjal. Tkellimna ma’ Theo Cachia, junior architect li ħadem fuq Loggia Live u propju dak il-ħin, kien hemm koppja barranin li kienu qed joħolqu d-disin li xtaqu.
Theo Cachia spjega li l-assoċjazzjoni bejn l-istruttura Loggia Live u t-Teatru Rjal hi l-apprezzament ta’ kull forma tal-espressjoni umana. Loggia Live se tkun mat-Teatru Rjal għall-ġimgħat li ġejjien.
//= $special ?>