Frank Schembri ta’ 19-il sena, li m’għandux indirizz fiss ġie kundannat disa’ xhur ħabs wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Anthony Vella li nhar it-Tnejn li għadda wara nofs inhar waddab il-ġebel fuq karozza tal-Pulizija li kienet ipparkjata fejn l-Għassa ta’l-Imsida.
Mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li l-karozza Ford Focus ġarrbet ħsara ta’ €220. Irriżulta wkoll li l-ħġieġa tkissret permezz ta’ biċċa solida li kienet tarmak.
//= $special ?>
