Ambjent Lokali

AĠĠORNATA B’FILMAT: F’Ħal Lija, drenaġġ ħiereġ il-ħin kollu

Persuni li għamlu kuntatt magħna għaddewlna dawn ir-ritratti tad-drenaġġ li kważi kuljum jidher ħiereġ qrib ir-roundabout ta’ Ħal Lija.

Ir-ritratti juru drenaġġ mar-roundabout li qed jikkawża riħa insapportabbli. Persuna qaltilna li “il-mard li jista’ joħloq dan id-drenaġġ huwa orribbli”.

Illum id-drenaġġ ilu ħiereġ mit-8am, u ħadd mhu jagħmel xejn biex din it-triq titnaddaf.