Il-logħba mill-Kampjonat Nazzjonali tan-Nisa bejn Ħamrun Spartans u Swieqi United ilbieraħ kienet abbandunata wara li nqata’ d-dawl fit-Tarxien Ground. Din il-partita bdiet nofs siegħa tard mill-ħin skedat wara li x-xbieki taż-żewġ lasti tal-grawnd kienu mqatta’ u għalhekk kellhom jissewwew.
Imma ħames minuti biss wara li bdiet il-logħba, din kellha terġa’ titwaqqaf għax inqata’ d-dawl tal-grawnd. Wara ftit id-dawl reġa’ beda ġej sakemm setgħet titkompla l-logħba. Minkejja dan 18-il minuta wara li kompliet il-logħba d-dawl reġa’ nqata’ u r-referee ma kellux għażla oħra ħlief li jabbanduna l-partita.
Fi stqarrija uffiċjali s-Segretarju ta’ Swieqi United qal li jinsab diżgustat u urtat b’dak li ġara. Spjega li x-xbieki kien ilhom imqatta’ jiem qabel il-logħba. Hu kkritika wkoll is-sitwazzjoni tad-dawl u żied li l-plejers lanqas sabu dawl fid-dressing rooms li saħansitra damu ma nfetħu biex ikunu jistgħu jippreparaw.
Dan minbarra li l-partitarji spiċċaw jaraw il-logħba minn fuq il-bejt ta’ binja fil-grawnd għaliex ma teżistix stand għall-partitarji.
//= $special ?>

