Tal-inqas tliet persuni mietu f’għargħar u valangi tat-tajn li ħakmu t-Tramuntana tal-Italja.
Koppja anzjana ‘ndifnet’ taħt it-tajn u t-terrapien wara li d-dar tagħha ntradmet minn valanga tat-tajn. Mara oħra li nqabdet f’darha mietet b’attakk tal-qalb.
Ir-reġjuni milquta minn xita qalila u mill-għargħar jinkludu t-Toskana, il-Lombardija, il-Ligurja u Emilia-Romagna.
Xi bliet irrappurtaw li kellhom aktar minn 20 ċentimetru ta’ xita fi 12-il siegħa. Hekk kif ix-xita ppersistiet, l-iskejjel ingħalqu u d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili qal li se jkun qed iżomm livelli massimi ta’ allert sakemm it-temp jikkalma.
Għargħar u vittmi mill-maltemp fl-Italja
