Fi Florida, Jason Ferguson ta’ 33 sena miet ixxukkjat waqt li kien qed jinstalla dishwasher ta’ qraba tiegħu u li kien bil-ħsara.
Ferguson ħa ħsieb jitfi l-elettriku tar-residenza li kien fiha waqt li kien qed isewwi d-dishwasher. Madankollu d-dishwasher beda jagħmel ħsejjes strambi meta spiċċa jsewwieh u għalhekk reġa’ mess xi wires biex jara x’kien qed jiġri.
Kien hawn li Ferguson nesa’ jitfi d-dawl biċ-ċurkett tat-tieġ li kellu f’idu laqat element waqt li kien qed iserraħ ma’ bieb tal-metall. Ir-raġel laħaq miet bix-xokk li ħa sakemm wasal l-isptar.
//= $special ?>