Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, 12 ta’ Novembru.

THE MALTA INDEPENDENT tirrapporta kif waħda mill-allegati vittmi ta’ abbuż minn patri Dumnikan, irċeviet għajnuna psikoloġika li skont hi ġiet imħallsa mill-Provinċja Dumnikana stess.

Dwar din it-tema tirrapporta ukoll THE TIMES illi tiżvela ristrutturar li għandu jsir fir-Response Team tal-Kurja li jinvestiga dawn il-każi ta’ abbuż.

IN-NAZZJON b’rapport dwar il-ġlieda tal-bieraħ f’Bormla, u l-pressjoni li qed issir fuq il-Gvern minn naħa tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija.

MALTA TODAY jirrapporta allegazzjonijiet serji li qed isiru minn Dragonara Gaming li qed jgħidu illi t-tender tal-Gvern għal casino ġdid kien disinjat apposta biex jakkomoda lil Eden Leisure.

L-ORIZZONT bl-istorja ewlenija tgħid illi kumpaniji Maltin qed ikollhom iħallsu intortament għall-eko-kontribuzzjoni.