Il-websajt www.FirstMalta.com li tipprovdi riżultati tat-tfittxijiet li huma mmirati lejn il-pubbliku Malti, qiegħda tippubblika statistika dwar it-tfittxijiet li saru minn Malta fl-aħħar erba’ xhur.
Kif ġara fix-xhur u snin li għaddew l-aktar termini użati għandhom x’jaqsmu ma’ tfittxijiet għal materjal tal-adulti u ħafna drabi li jkunu relatati mal-industrija pornografika.
Din hi l-lista tal-iktar termini mfittxija f’Malta:
1. free XXX (l-istess)
2. nude (l-istess)
3. facebook (+1)
4. times (-1)
5. teen (l-istess)
Dan ix-xahar il-websajt firstmalta.com ippublikat ukoll statistika interessanti relatata mat-teknoloġija użata minn Malta. Jidher li 34% tal-Maltin jużaw il-Chrome sabiex iżuru paġni tal-internet, filwaqt li 22% jużaw l-internet explorer li jiġi standard ma’ ħafna kompjuters. 18% jużaw Android, filwaqt li 16% jużaw l-iPad.
Instagram jidħol fl-għaxar post fost tal-aktar kliem imfittxija
Filwaqt li 9% tal-Maltin qed jużaw browser fuq telefonija ċellulari, tassew żieda qawwija meta wieħed jikkonsidra li bħal llum sena inqas minn 3% tal-Maltin kienu qed jużaw it-telefonija ċellolari biex jidħlu fl-internet.
//= $special ?>