Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), in-numru ta’ imwiet mill-marda tal-Ebola fit-tliet pajjiżi l-aktar milquta fil-Punent tal-Afrika – jiġifieri fil-Guinea, fin-Niġerja u fi Sierra Leone – tela’ għal 5,147 minn 14,068 każ.
Tlettax-il mewta oħra u 30 każ ieħor ġew reġistrati f’ħames pajjiżi oħrajn – fin-Niġerja u fis-Senegal, li kienu eliminaw il-virus, kif ukoll f’Mali, fi Spanja u fl-Istati Uniti.
Aktar każijiet tal-Ebola komplew fi Sierra Leone, b’421 infezzjoni ġdida rappurtati fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 tax-xahar filwaqt li kien hemm erba’ każijiet konfermati, każijiet probabbli oħrajn u erbat imwiet f’Mali.
//= $special ?>