Is-Saċedot Sależjan Fr. Fabio Attard qed jissemma’ bħala l-isem preferut li jieħu post Mons. Pawlu Cremona fit-tmexxija tal-Arcidjocesi. Attard jidher li huwa “il-favorit fil-Vatikan”.
Is-Saċerdot Sależjan, li huwa Għawdxi, ġie ordnat saċerdot 27 sena ilu.
F’dawn l-aħħar ġimgħat kien diġa’ issemma’ Fr. Jimmy Bonnici u anke l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech li jistghu jieħdu post Cremona. Bonnici kien ċaħad din l-aħbar, u l-Isqof t’Għawdex minn naħa tiegħu, f’kummenti li għadda lill-ġurnal In-Nazzjon, kien qal li dawn huma kurżitajiet li jħallihom għall-ġurnalisti.
Kien fit-18 t’Ottubru li għadda li waqt konferenza tal-aħbarijiet, in-Nunzju Appostoliku għal Malta Monsinjur Aldo Cavalli qara l-ittra tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Frangisku li fiha rringrazzja lill-Monsinjur Pawlu Cremona għall-ministeru episkopali tiegħu.
Fl-istess ittra l-Papa Franġisku nnomina lill-Monsinjur Charles Scicluna bħala Amministratur Appostoliku sakemm l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta jinħatar.
Is-Santa Sede tat struzzjonijiet lin-Nunzju Appostoliku Aldo Cavalli biex jibda l-process kanoniku ta’ konsultazzjoni u dixxerniment li jgħin lill-Qdusija Tiegħu l-Papa fl-għażla tas-suċċessur tal-Arċisqof Cremona.
//= $special ?>