Lokali

Joseph Muscat ma jimpurtahx li l-Maltin qed iħallsu l-ogħla prezz għall-fuel fl-Ewropa

Diskors wara l-ieħor u stqarrija wara l-oħra, l-Prim Ministru Joseph Muscat qed ikompli jikkonferma kemm f’sena u nofs, diġà nqata’ minn man-nies.

Fi stqarrija il-PN qal illi minflok ma jammetti li l-prezzijiet tal-fuel li nnegozja hu huma l-ogħla fl-Ewropa, Muscat qed jattakka lill-media li żvelat il-fatt li s-sewwieqa Maltin qed iħallsu l-ogħla prezzijiet tal-fuel fl-Unjoni Ewropea.

Il-fatti huma li huma u ħadd ma jista’ jmerihom. Meta l-prezz taż-żejt kien fl-istess livell li hu bħalissa 4 snin ilu, is-sewwieqa Maltin u Għawdxin kienu jħallsu 30ċ anqas għal kull litru diesel, u 24ċ anqas għal kull litru petrol. Dakinhar, Muscat kien niżżel in-nies fit-toroq. Illum, Muscat jaħbi l-verità u jħalli l-prezzijiet għoljin.

Għal Muscat, il-prezz għoli fil-petrol u d-diesel ma jagħmilx differenza, għax hu qed jitħallas 7,000 ewro fis-sena mit-taxxi tagħna talli juża l-karozza tiegħu.

Qabel tibda tindirizza l-problema, ittemm tgħid l-istqarrija, trid tammetti li qegħdha hemm.