Kien hemm straġi f’Tobruk wara li mill-inqas karozza bomba waħda splodiet fiċ-ċentru tal-belt.
Il-belt bħalissa qed isservi ta’ sede għall-Parlament Libjan u l-Gvern, wara li dawn kellhom jaħarbu mill-kapitali Tripli wara li spiċċat f’idejn il-militanti Iżlamiċi.
Ftit wara l-attakki f’Tobruk, kien hemm attakk suwiċida fl-ajruport ta’ Labraq f’al-Bajda – 240 kilometru minn Tobruk.
Għalkemm ħadd ma ħa r-responsabbiltà għal dawn l-attakki, il-kelma fit-toroq ta’ Tobruk kienet li warajhom kien hemm il-militanti Iżlamiċi bbażati f’Derna fejn l-ISIS stabbilixxa bażi.