Ċifri uffiċjali maħruġa mill-Eurostat, l-Agenzija Ewropea tal-Istatistika juru li Malta kellha l-ikbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali fl-Unjoni Ewropea.
Iċ-Ċifri għax-xahar ta’ Settembru juru li l-produzzjoni industrijali f’Malta naqset b’7.5% meta mqabbel ma’ Settembru tas-sena li għaddiet. Bit-tieni pajjiż li jirreġistra tnaqqis ikun l-Iżvezja bi tnaqqis ta’ 4.1 fil-mija segwit mill-Greċja bi tnaqqis ta’ 3.5 fil-mija.
Min-naħa l-oħra diversi pajjiżi irregistraw żieda, fosthom l-Irlanda, ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija.
//= $special ?>