Lokali

L-ITTRA TAL-MPA: kriżi bla preċedent fil-Korp tal-Pulizija

MaltaRightNow.com qed jippubblika l-ittra mibgħuta lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Ministru Manwel Mallia mill-Assoċjazzjoni tal-Pulizija.

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Pulizija qed tagħti 15-il ġurnata żmien lill-Gvern biex jirrevoka d-deċiżjoni kontroversjali dwar l-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija u ddikjarat li jekk dan ma jsirx fil-perjodu stipulat lesta tieħu passi legali.

Din il-pożizzjoni l-MPA espremietha f’ittra bl-avukat mibgħuta fis-7 ta’ Novembru 2014 lill-Prim Ministru Joseph Muscat u lill-Ministru Manwel Mallia u fiha l-MPA esprimet l-oppożizzjoni tagħha għad-dokument impost minn wara dahar l-MPA li fih l-ogħla karigi fil-Korp tal-Pulizija issa ġew għad-deskrizzjoni tal-Ministru kull tliet snin.

Din l-ittra qed tiġi meqjusa bħala ultimatum ċar għall-Gvern, u kriżi bla preċedent fil-Korp tal-Pulizija.