Lokali Qorti

Mhux ħati li seraq €16,000 lil ommu, li laħqet mietet

Raġel minn Ħ’Attard ma nstabx ħati li żamm għalih aktar minn €16,000, li kienet tagħtu ommu. Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li kien hemm obbligu li r-raġel irodd il-flus lil ommu, iżda hu dawwar il-flus għalih bi profitt.

Wara li semgħet ix-xhieda, il-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera qalet li mill-provi jirriżulta li l-verżjoni tax-xhieda u tar-raġel stess tagħti raġun lir-raġel. Irriżulta li r-raġel dejjem qal li ommu kienet tagħtu l-flus biex iżommhom u mhux biex jerġa’ jroddhom lura. Sadanittant, waqt li kien għadu għaddej il-każ, omm ir-raġel laħqet mietet.

Wara li semgħet ix-xhieda kollha, il-Qorti lliberat lir-raġel, li għalih dehru l-Avukati Michael u Lucio Scriha.