Lokali

Vittma tallega li d-Dumnikani ħallsu għat-terapija

Waħda mill-vittmi tal-allegati abbuzi sesswali imwettqa minn Fr Charles Fenech ingħatat għajnuna psikoloġika bla ħlas, u qed tghid li t-terapija ġiet imħallsa mill-Provinċja Dumnikana.

Rapport fil-faccata ta’ The Malta Independent jgħid illi kien propju Duminkan iehor, Fr Charles Tabone, illi ta parir lill-vittma biex tfittex ghajnuna professjonali wara li kienet sfat vittma ta’ abbuz. Mitlub jikkummenta dwar dan, Fr Charles Tabone qal illi fix-xogħol tiegħu bħala saċerdot hu jiltaqa’ ma’ hafna nies. Izda hu marbut bis-sigriet professjonali.

Sadatant, rapport fit-Times dalgħodu qed jghid li l-Kurja mistennija taghmel restrutturar fir-Response Team li jinvestiga dawn it-tipi ta’ abbużi minn membri tal-kleru.