Lokali

73 magna tal-qalb tingħata lil iskejjel

Din is-sena fil-maratona bir-roti li saret fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca tal-Ħamrun inġabru flus biex tingħata AED, Automated External Defribillator, lill-iskejjel f’Malta.

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Liċew, tqassmu 73 magna fi skejjel madwar Malta u Għawdex. Dan ifisser li kull skola li applikat biex tingħata magna AED, se tingħata wieħed.

Dawn l-iskejjel se jingħataw ukoll apparat mediku ieħor relatat mal-AED, korsijiet ta’ taħriġ dwar l-ewwel għajnuna lill-għalliema, l-istudenti u lill-istaff kollu tal-iskejjel.

B’kollox matul il-maratona nġabru mija u tletin elf ewro.

Il-Kumitat organizattiv ħabbar li din is-sena se jinfetħu l-applikazzjonijiet għal aktar skejjel biex jiksbu magna AED. Din is-sena jistgħu japplikaw wkoll skejjel terzjarji u l-għaqdiet kollha li għandhom x’jaqsmu mat-tfal, bħal muzew, skejjel tal-arti, nurseries tal-football u organizazzjonijiet oħra.

Il-maratona tar-roti s-sena d-diehla se ssir bejn it-tlettax u l-ħmistax ta’ Marzu, fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, skola sekondarja tas-subien fil-Ħamrun.