Lokali

Appell biex jużaw t-tagħlim tagħhom għat-tajjeb

Konkattidral ta’ San Ġwann mimli gradwati fi-tieni quddiesa ta’ ringrazzjament li fiha l-Isqof ta’ Ghawdex Monsijur Mario Grech appella lill-gradwati l-ġodda biex jiskopru l-ħajja u permezz ta’ dan iwasslu messaġġi ġodda fis-soċjeta’.

Fl-omelija tiegħu, Monsinjur Mario Grech insista mal-gradwati biex ma jibqgħu siekta fis-soċjeta’ u fil-knisja u appella biex il-gradwati l-ġodda jfittxu l-avventura fil-ħajja.

Dan hu importanti għall-futur tal-istess ġenerazzjonijiet prezenti u futuri, għas-soċjeta’ u għall-Knisja, sostna l-Isqof Mario Grech, li appella wkoll liż-żgħażagħ biex iżommu t-tajjeb li jiskopru u jwarrbu l-ħazin.

L-isqof Grech qal li dawn l-iskoperti għandhom iwasslu biex tkompli l-ġlieda kontral-faqar u kontra l-esklużjoni soċjali. Din il-hidma li jridu jwettqu l-gradwati ġodda hi essenzjali għall-ħolqien ta’ soċjeta’ ġusta u ħanina.

L-Isqof Grech appella kemm lil dawk li jipprattikaw ir-reliġjon kif ukoll lil dawk li ma jipprattikawx regolarment, u sostna li kulħadd għandu kontribut x’jagħti.