Internazzjonali

Attakkat bastiment Eġizzjan fil-Mediterran

Bastiment tal-gwerra Eġizzjan kien fil-mira ta’ attakk waqt li kien qed ibaħħar madwar 70 kilometru bogħod mill-port ta’ Damietta fil-Baħar Mediterran.

Fl-attakk, ħames baħrin indarbu u tmienja oħra huma nieqsa. Fl-attakk intużaw erba’ laneċ u skont il-militar Eġizzjan, 32 minn dawk li wettqu l-attakk kienu arrestati. Dan apparti li oħrajn inqatlu. Kien hemm bżonn il-Qawwa tal-Ajru Eġizzjana biex ixxejjen l-attakk.

Bħalissa fl-Eġittu huma attivi ħafna l-militanti Iżlamiċi u din il-ġimgħa grupp minnhom, l-Ansar Beit al-Maqdis, ħabbar li kien ingħaqad mal-ISIS. Dan il-grupp s’issa kien attiv f’attakki kontra l-militar Eġizzjan fis-Sinai.