Teresa Grech miż-Żejtun, spiċċat vittma ta’ serqa wara li mara ta’ 30 sena mill-Belt, daħlet għandha biex tixrob xi ħaġa u ħadet vantaġġ mill-mara anzjana għax hekk kif rat envelope fuq il-mejda, li rriżulta li kien fih €550, din ħaditulha.
Miriam Caruana ammettiet li f’Settembru li għadda fiż-Żejtun ikkommettiet din is-serqa. Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke ħalliet is-sentenza għal ġimgħatejn oħra, fejn Caruana kienet mixlija wkoll li kisret ordni tal-Qorti u li saret reċidiva.
Sa kemm tingħata s-sentenza, il-ħatja ngħatat il-liberta’ proviżorja fuq garanzija personali ta’ €1,000 u sa dakinhar irid ikun sar pre-sentencing report minn uffiċjal tal-probation.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Johann J. Fenech u Kevin Pulis.
//= $special ?>
