Internazzjonali Saħħa

Eluf fil-periklu minħabba dentist traskurat

Kapijiet tas-saħħa fir-Renju Unit qed isejħu aktar minn 22,000 pazjent fuq tħassib li setgħu ġew infettati b’viruses kaġunati mid-demm riżultat ma’ tagħmir dentali kontaminat.
Il-pazjenti se jkollhom jagħmlu testijiet dwar riskji li setgħu ġew ikkaġunati b’tagħmir għas-snien kontaminat fuq perjodu ta’ 32 sena wara li kienu jmorru għand id-dentist Desmond D’Mello f’Nottingham . Dawn se jkunu ttestjati għal viruses fosthom tal-HIV, l-epatite B u C.
Dentist kien sospiż f’Ġunju wara li persuna ħaditlu filmat li allegatament kien qed imur kontra livelli ta’ kontroll bażiċi għal kontra l-infezzjoni.
Kapijiet tas-saħħa nidew investigazzjoni wara li raw il-filmat, u sejħu lil uffiċjali minn Public Health England biex jinvestigaw.
D’Mello ħadem fi klinika f’Nottingham għal 32 sena u kkura lil aktar minn 22,000 pazjent.
Is-sistema nazzjonali tas-saħħa fl-Ingilterra qed tipprova tikkuntattja lil dawk kollha li kienu pazjenti tiegħu wara li esperti tas-saħħa għamlu rakkomandazzjoni li għandhom ikunu ċċekkjati. Sadattant id-dentist ingħata sospensjoni ta’ 18-il xahar mill-Kunsill Dentali Ġenerali f’Awwissu sakemm l-investigazzjoni tkun konkluża.