Lokali

Ġimgħa wara l-maltempata… u ċ-Ċimiterju tal-Addolorata għadu kif kien

Ritratti li rċieva dan is-sit juru l-istat ħażin li jinsab fih iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, fil-Marsa. Wieħed jistenna li bil-maltempata, kien hemm partijiet minn dan iċ-ċimiterju li ġġarfu.

Madankollu, kważi ġimgħa wara li seħħ dan kollu, u partijiet minn dan iċ-ċimiterju baqgħu fi stat ħażin ħafna, b’siġar imwaqqgħin, b’ħitan imkissra u b’telqa sħiħa.

Persuni li bagħtulna dawn ir-ritratti ħassewhom iddispjaċuti għal fatt li post li suppost ikun trankwil, fejn fih wieħed jiftakar fil-qraba u l-għeżież tiegħu, issa spiċċa fi stat ta’ ħerba.