“Ma nafx li qed isir xogħol fil-farmhouse tiegħi”. Kienet din it-tweġiba li ta lil The Times Patrick Dalli, ir-raġel tal-Ministru Helena Dalli, meta kien mistoqsi dwar xogħlijiet li għaddejjin fi proprjeta’ tiegħu fiż-Żejtun meta l-MEPA ħarġet avviż ta’ infurzar biex ix-xogħol jitwaqqaf.
L-iżvilupp li qed isir fil-farmhouse ta’ Patrick Dalli mhux skont il-permess maħruġ fl-2003 (stampa isfel). Dan għaliex hemm lista sħiħa ta’ tibdil mill-permess oriġinali:
– tkabbar l-iswimming pool li kien disinjat oriġinarjament
– inbena ħajt tal-franka minflok tas-sejjiegħ
– sar skavar estensiv biex inħoloq basement
– żdied taraġ għal fuq il-bejt
– inbnew żewġt ikmamar fuq il-bejt
– inbena kuridur fuq il-bejt
– infetħet skylight
– inbidel l-użu ta’ kamra tas-sodda
Skont Patrick Dalli, u skont kif ġie kwotat fit-Times, hu m’għandu l-ebda idea li hemm ħaddiema għaddejin bix-xogħol fis-sit. “Ma nafx x’inhu jiġri għaliex il-post issa qiegħed fuq konvenju”, sostna r-raġel tal-Ministru Helena Dalli.
Jidher li mal-ġurnalista tat-Times, Patrick Dalli kien skonmdu jwieġeb fuq dan ix-xogħol li għadu għaddej minkejja l-avviż ta’ infurzar minn naħa tal-MEPA. “Għaliex dan l-interess mit-Times? Dan qed issaqsuni għaliex jien min jien?”, saqsa r-raġel tal-Ministru Dalli lill-ġurnalista tat-Times.
//= $special ?>