Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali llum il-Ħamis, 13 ta’ Novembru.

IN-NAZZJON b’rapport dettaljat tad-diskors li għamel Simon Busuttil ilbieraħ fil-Parlament fejn appella biex issir ġustizzja mal-Maltin li kellhom propjetajiet misruqa mill-Partit Laburista. Rapport ieħor jgħid li qed tikber il-pressjoni fuq il-Gvern biex jippubblika r-rapport dwar il-konċessjoni tal-liċenzja l-ġdida ta’ casino.

THE TIMES OF MALTA bi storja dwar frodist Malti li ngħata l-liberta’ provizorja minn Qorti f’Londra, u rapport dwar l-allegat sfruttament ta’ ħaddiema fil-fabbrika Ċiniża Leisure Clothing.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid li l-Parlament il-ġdid se jkun lest fl-aħħar ta’ Frar.

L-ORIZZONT jirrapporta stqarrija tal-GWU dwar twissija li għamlet il-union lill-management tal-kumpanija Malta Public Transport.

THE MALTA BUSINESS WEEKLY fil-faċċata tirrapporta kif Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-produzzjoni industrijali minn fost il-pajjiżi kollha tal-UE.