Lokali

Filmat: Inti taf li qed tixtri l-ogħla fuel fl-Ewropa?

Ir-raġuni li inti qed tħallas għall-fuel bl-ogħla prezz, hi għaliex il-Gvern Laburista, għamel ftehim li bih il-prezz tal-fuel f’pajjiżna jibqa’ fiss sal-aħħar tas-sena. Anke jekk il-prezz taż-żejt internazzjonali, jorħos, kif fil-fatt qed jiġri!

U din mhix xi ħaġa li qed jgħidha biss il-Partit Nazzjonalista jew il-Poplu Malti u Għawdxi, li qed iħoss l-effett ta’ din id-deċiżjoni. Imma dan huwa fatt li ħareġ fil-jiem li għaddew mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat.

Biex ħarġet din l-istatistika l-Eurostat qabblet il-prezzijiet tal-fuel fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Iżda minn dan kollu l-Gvern ma jrid jammetti xejn, avolja is-sewwieqa Maltin u Għawdxin qed ibatu l-konsegwenzi tal-‘hedging aggreement’ li għamel il-Gvern preżenti.

Aħna morna sal-Belt, fejn ta’ kuljum ikun hemm nies minn madwar il-pajjiż kollu u staqsejna lin-nies kemm jonfqu flus fi fuel, bejn wieħed u ieħor fil-ġimgħa.

Kien hemm min qalilna li jonfoq madwar għoxrin ewro fil-ġimgħa. Jiġifieri bejn wieħed u ieħor tmenin ewro fix-xahar.