Ilbieraħ filgħaxija, fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann bdew l-attivitajiet b’rabta mal-gradwazzjonijiet ta’ din is-sena tal-Università ta’ Malta. Hekk kif ilbieraħ saret l-ewwel Quddiesa ta’ Ringrazzjament, illejla tinżamm it-tieni Quddiesa għal grupp ieħor ta’ studenti li qed jiggradwaw.
Il-Quddiesa ta’ Ringrazzjament tal-bieraħ kienet ippreseduta mill-Amministratur Appostoliku Mons Charles Scicluna, hekk kif mill-ġimgħa d-dieħla jibdew iċ-Ċerimonji ta’ Gradwazzjoni. Matul it-23 Ċerimonja li se jsiru, din is-sena se jigradwaw 3,272 student, imqassma bejn 1,922 mara u 1,350 raġel.
Fost il-gradwati se jkun hemm 260 Għalliem, 112-il Tabib, 145 Nutar, 94 Avukat u 51 Perit.
//= $special ?>